Ekonomija u Finanzi
Il-Kamra tal-Kummerċ trid li l-programm ta’ ċittadinanza jiġi msaħħaħ, u mhux sospiż

Il-Kamra tal-Kummerċ ikkjarifikat is-sejħa li għamlet ix-xahar li għadda meta talbet li jiġi sospiż temporanjament il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, u qalet li hi mhix kontra l-programm imma tixtieq li l-Gvern jindirizza bis-serjetà l-aspetti fil-programm li qanqlu kritika.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li fil-ġimgħat li ġejjin se tressaq rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Gvern biex il-programm jissaħħaħ bi standards ogħla.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li wara konsultazzjoni mal-Gvern u mal-membri tagħha, ghamlet dik li sejħet kjarifika tal-pożizzjoni li ħadet ix-xahar li għadda, meta sejħet għas-sospensjoni temporanja tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tixtieq ittenni li hi mhux kontra r-riżorsi, it-talent u l-benefiċċji li dan il-programm ġab lill-ekonomija Maltija, iżda tixtieq li jkun hemm tibdil u titjib, speċjalment fl-aspetti li qanqlu kritika għalih.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li wara li ppreżentat lill-Prim Ministru Robert Abela dokument b’sittin proposta għat-tisħiħ tal-governanza, kompliet tikkonsulta mal-membri tagħha li huma direttament involuti fil-programm taċ-ċittadinanza b’investiment, bil-għan li fil-ġimgħat li ġejjin tfassal pożizzjoni finali u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib tal-programm.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tistenna li l-Gvern jibgħat sinjali ċari lill-imsieħba kollha li l-pajjiż ħa nota tal-kritika li saret u qed jassigura l-aqwa standards ta’ governanza fil-programm taċ-ċittadinanza b’investiment. Il-Kamra qalet li l-Gvern jeħtieġ jikkomunika u juri lid-dinja li n-nuqqasijiet f’dan il-programm ġew indirizzati u mtejba b’aġġornament li jirrifletti l-proposti tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-grupp ta’ ħidma li qed jirrevedi l-programm.

Ara wkoll:

Il-Kamra tal-Kummerċ tippreżenta lill-Prim Ministru dokument b’aktar minn 60 proposta

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar