Ambjent
Il-Kamra tal-Periti trid tneħħi l-kelma ODZ

Il-Kamra tal-Periti qalet li t-terminu ‘Barra ż-Żona tal-Iżvilupp’ huwa skorrett u għandu jiġi abolit għal kollox.

Fi stqarrija spjegaw li t-terminu ‘ODZ’ jagħti x’jifhem li ma jista’ jsir ebda forma ta’ żvilupp f’dawn iż-żoni, meta fil-fatt hemm diversi forom ta’ żvilupp leġittimu neċessarju biex jitħares il-karattru taż-żoni rurali tagħna, u biex nakkomodaw użi li ma jistax jintlaqgħu fiż-żoni urbani.

Spjegat kif fl-ODZ, xorta waħda isiru żviluppi leġittimi, bħal bini ta’ ħajt tas-sejjieħ, il-bini ta’ xi razzett, it-tqattigħ fil-barrieri, u r-rimi tal-iskart. Huwa għalhekk li pproponiet li minflok it-territorju jibqa’ jiġi mmarkat bħala “Żona tal-Iżvilupp” u “Barra ż-Żona tal-Iżvilupp”, jiġu addottati żewġ kategoriji prinċipali, ‘Żoni Urbani’ u ‘Żoni Rurali’, li jiżdiedu maż-Żoni Kostali u Marittimi.

L-istqarrija żiedet tgħid li dawn il-kategoriji għandhom ikunu kklassifikati f’diversi tipi ta’ tipoloġiji urbani u rurali li jippermettu l-ħolqien ta’ policies iktar iffukati li jirrikonoxxu l-karatteristiċi, l-identità, u l-attivitajiet partikolari li jappartjenu f’dawn il-klassifikazzjonijiet.

Il-Kamra tal-Periti temmet tgħid li l-gżejjer Maltin għandhom bżonn urġenti ta’ Strateġija Pajsaġġistika għaż-Żoni Rurali, li tkun speċifika għal kull sit u mhux waħda ġenerika, li tirrikonoxxi l-importanza ta’ dan il-ġid nazzjonali b’mod ħolistiku, u ma tipproċedix b’mod spezzat biex takkomoda xi żviluppatur jew ieħor.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’żewġ każijiet separati, llum żewġt irġiel ippruvaw iweġġgħu lilhom infushom waqt li kienu miżmuma fil-lock-up tal-Pulizija. L-ewwel każ seħħ fis-sagħtejn neqsin kwart u nvolva raġel Eġizzjan, waqt li t-tieni każ…

Attività

Min-nhar l-Erbgħa sal-Ħadd li ġej it-toroq fiċ-ċentru tar-Rabat qed jilqgħu ir-raba’ edizzjoni ta’ Natalis Notabilis, l-ikbar villaġġ tal-Milied f’Malta. Fost l-attrazzjonijiet, bankarelli b’ikel tradizzjonali tal-Milied, logħob għat-tfal u produzzjonijiet tad-drama…

Politika

Ikomplu jterrqu fil-lokalitajiet u anke fuq il-mezzi tal-media biex jirbħu l-qlub u l-vot tal-attivisti Laburisti li fil-11 ta’ Jannar iridu jgħażlu bejn id-deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Robert…

Qorti

Mara u raġel skansaw il-ħabs u ġew illiberati mill-akkużi kollha wara li appellaw minn sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati. Anne Axiak ta’ 48 sena kienet weħlet 14-il xahar ħabs u Edward Grech…

Aktar