Infrastruttura
Il-Kamra tal-Periti tirreaġixxi għar-regolamenti proposti dwar il-kostruzzjoni

Il-Kamra tal-Periti f’reazzjoni inizjali għal proposti għar-regoli l-ġodda dwar it-twaqqigħ u l-iskavar qalet li dawn mhumiex aċċettabbli u infurmat lil Periti bil-pożizzjoni tagħha biex tittieħed deċiżjoni dwarhom f’laqgħa ġenerali straordinarja tal-Kamra tal-Periti.

Il-Kamra qalet fost oħrajn li l-emendi proposti mhumiex maħsuba tajjeb għaliex fost oħrajn ma jindirizzawx l-impatt fuq il-proċessi kollha tal-kostruzzjoni u jonqsu li jindirizzaw problemi tal-ħitan tal-appoġġ u pedamenti ta’ binjiet li ġew disinjati biex jifilħu żewġ jew tliet sulari u mhux aktar.

Il-Kamra qalet li l-proposti jintroduċu rwoli ġodda fis-siti tal-kostruzzjoni mingħajr ma jiddefinixxu l-kompetenzi meħtieġa u fl-istess ħin, skont il-kamra jinjoraw il-bennej liċenzjat li diġà huwa rikonoxxut mil-liġi. Fost oħrajn, il-Kamra tal-Periti hija tal-fehma li l-proposti għas-sottimissjoni tad-dikjarazzjoni tal-metodu, għall-investigazzjoni ġeoteknika u għad-disinn ġeotekniku mhumiex prattiċi anke għaliex jonqsu li jistabilixxu l-kriterji għat-tfassil tagħhom.

Ara wkoll:

ARA: Ir-regolamenti l-ġodda dwar il-kostruzzjoni għall-konsultazzjoni

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn għada u t-Tlieta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker se jkun f’Malta fuq żjara uffiċjali. Juncker mistenni jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-President ta’ Malta George…

TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Aktar