Barranin
Il-Kamra tar-Rappreżentanti fl-Istati Uniti mistennija tivvota b’maġġoranza biex tkeċċi lil Trump

Membri fil-Partit Repubblikan stqarru li se jingħaqdu mad-Demokratiċi u jivvutaw favur it-tkeċċija ta’ Trump. Il-President Trump qed jiġi akkużat li inċita l-vjolenza fid-diskors tiegħu li wassal biex il-partitarji tiegħu għamlu ħerba fil-Capitol.

L-FBI qalet li tressqu 70 persuna b’rabta ma’ dan l-inċident u ġew identifikati 170 persuna f’dawn il-protesti vjolenza. F’dawn l-inċidenti mietu 5 persuni. Trump ċaħad li diskorsu wassal għall-vjolenza.