Barranin
Il-kanal ta’ Suez fl-Eġittu imblukkat minn bastiment tal-merkanzija kbir

Il-kanal ta’ Suez fl-Eġittu jinsab imblukkat minn bastiment tal-merkanzija kbir – mimli kontejners – li nkalja wara li tilef il-kontroll bil-konsegwenza li fir-reġjun inġemmgħu għadd ta’ bastimenti tal-merkanzija li ma jistgħux jgħaddu.

Diversi dgħajjes tal-irmonk ħarġu biex jipprovaw jaqilgħu l-bastiment Ever Given twil 400 metru u wiesa’ 59 metru. Iżda hemm il-biża’ li jista’ jibqa’ maqbud għal ġranet.

L-inċident seħħ fit-tramuntana tal-port ta’ Suez ilbieraħ filgħodu.