Brexit
Il-kandidati tal-Partit Brexit ser jikkontestaw biss f’distretti li ma ntrebħux mill-Partit Konservattiv fl-2017

Il-Kap tal-Partit Brexit Nigel Farage, ħabbar li l-kandidati tiegħu ser jikkontestaw biss f’distretti li ma ntrebħux mill-Partit Konservattiv fl-elezzjoni tal-2017. Pass li jista’ jifrex it-tapit biex il-Partit Konservattiv jikseb maġġoranza assoluta fl-elezzjoni tat-12 ta’ Diċembru. Farage qal li ħa din id-deċiżjoni li jnaqqas il-kandidati biex jevita li jaqsam il-vot favur Brexit.

Il-Partit favur Brexit imexxi minn Nigel Farage mhux ser ikun qiegħed jikkontesta fir-Renju Unit kollu, iżda biss fid-distretti li fl-aħħar elezzjoni ma ntrebħux mill-Partit konservattiv.

Il-Kap tal-Partit Favur Brexit Nigel Farage qal li ddeċida li jidħol f’alleanza mal-Partit konservattiv wara li l-Prim Ministru Boris Johnson qal li mhux ser ikun qiegħed jerġa’ jestendi d-data ta’ Brexit.

Barra minn hekk qal li b’sitt mitt kandidat mar-Renju Unit kollu kien ser jagħti vantaġġ lil partiti li huma kontra Brexit u kien ser iżid iċ-ċans ta’ referendum ieħor dwar Brexit.

Il-Prim Ministru Boris Johnson laqa’ d-deċiżżjoni ta’ Farage għax qal li din ser tevita li jerġa’ jkun hemm Gvern mingħajr maġġoranza Parlementari.

Johnson qal li wara l-elezzjoni ser ikun jista’ jwettaq ir-rieda tal-poplu u joħroġ lir-Renju Unit mil-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar