Mużika
Il-kantant R. Kelly jiċħad li abbuża sesswalment ġuvni

Il-kantant Amerikan R. Kelly qed jiċħad li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 17-il sena.

R. Kelly huwa magħruf l-aktar għall-kanzunetti “I Believe I Can Fly”, “If I Could Turn Back the Hands of Time” u “The World’s Greatest”.

Il-prosekuturi Amerikani qed jakkużawh li huwa ltaqa’ maż-żagħżugħ fi studio mbagħad kellu relazzjoni sesswali miegħu.

Il-kantant qed jiġi akkużat ukoll li sforza nisa li kellu relazzjoni magħhom biex huma wkoll ikollhom relazzjoni sesswali mal-ġuvni.

F’Awwissu li ġej R. Kelly se jgħaddi ġuri akkużat li abbuża sesswalment minn tfajliet fosthom minorenni.

Il-kantant, li ismu proprju huwa Robert Kelly, qed jiċħad li qatt abbuża minn xi ħadd.