Lokali
Il-kantanta Giorgia Borg se tasal Malta llejla

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg, li rnexxielha timpressjona lill-ġurija tal-programm Britain’s Got Talent se tasal Malta minn Londra llejla fid-9.30pm.

Nhar is-Sibt hija sammret lil kull min semagħha waqt il-programm Britain’s Got Talent bil-vuċi tagħha.

It-talent mużikali tagħha tant intlaqa’ tajjeb li saħansitra ngħatat il-Golden Buzzer.

Huma biss l-iktar parteċipanti li jispikkaw f’dan il-programm li jingħataw dan l-unur, li jkun ifisser li se jgħaddu dirett biex jipparteċipaw fil-‘live shows’.

B’vuċi soda Giorgia kantat kanzunetta oriġinali li kitbet hija stess, u mill-bidu tas-silta sal-aħħar ħalliet lill-udjenza fis-sala u l-ġurija mbellħa. Kulħadd qam bilwieqfa biex iċapċap lil Giorgia, inkluż l-erba’ membri tal-ġurija.

Ara wkoll:

ARA: Kantanta Maltija timpressjona l-ġurija ta’ Britain’s Got Talent