Barranin
Il-kantanta Ukrena tħossha ma tiflaħx – titwaqqaf milli tagħmel il-prova fuq il-palk tal-Eurovision

Il-kantanta ewlenija tal-grupp mużikali Go A, Kateryana Pavlenko qalet li dalgħodu kienet qiegħda tħossha ftit ma tiflaħx u għalhekk twaqqfet milli tagħmel il-prova tagħha llum fil-Eurovision Song Contest li qed jittella’ f’Rotterdam.

Fi stqarrija, l-organizzaturi qalu li skont il-protokolli ta’ saħħa u sigurtà hija trid tagħmel PCR test għall-Covid-19 u bħala miżura ta’ prekawzjoni, Kateryna ma setgħetx tagħmel il-prova tagħha fuq il-palk u lanqas tieħu sehem f’konferenza tal-aħbarijiet.

L-organizzaturi awgurawlha fejqan ta’ malajr u qalu li se jagħtu aktar informazzjoni wara li jkollhom ir-riżultati tat-test.

Fl-istqarrija żied jingħad li l-membri l-oħra tal-grupp mużikali ħarġu negattivi għall-Covid-19 u se jagħmlu l-prova b’kantanta oħra. Huma se jattendu wkoll għall-konferenza tal-aħbarijiet skedata għal aktar tard.