Televiżjoni u Radju
Il-kantanti ta’ X Factor Malta jidhru quddiem il-ġurija

Appuntament mill-ġdid ma’ X Factor Malta li t-tieni edizzjoni tiegħu tibda fuq TVM dalwaqt. Mill-Boot Camp għaċ-Chair Challenge u l-Judges Houses, l-udjenza ta’ TVM  se jerġa’ jkollha spettaklu ta’ talent mużikali lokali.

Kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija wara l-aħbarijiet tat-8.00pm, minn Ottubru terġa’ tibda t-taqtigħa bejn kantanti mqassma f’erba’ kategoriji fi spettaklu ta’ mużika ta’ talenti ġodda u oħrajn stabbiliti.

TVM beda l-filming ta X Factor Malta fuq il-provi, quddiem ġurija ta’ erbgħa mis-sajf stess, biex jingħażlu l-parteċipanti li jgħaddu għall-boot camp, fejn hawn il-kantanti jitqassmu fl-erba’ kategoriji ta’ XFactor – kantanti individwali tfajliet u ġuvintur, kategorija ta’ kantanti kbar u kategorija bil-gruppi.

Fi tmiem din il-ġimgħa, quddiem udjenza u l-erba’ ġurati, il-kantanti mqassma fil-kategoriji rispettivi tagħhom kantaw biex jingħażlu sitta għal kull kategorija. Minn hawn ikun imiss il-fażi msejħa Houses, meta l-parteċipanti jiltaqgħu mal-mentor ta’ kull kategorija, li jkunu jridu jagħżlu tlieta minnhom biex jgħaddu għal-live shows – xandiriet diretti li jixxandru fuq TVM minn Jannar li ġej.

Mill-Ħadd 6 ta’ Ottubru fuq TVM l-udjenzi tal-istazzjon nazzjonali jibdew jaraw avventura oħra ta’ X Factor Malta mill-bidu nett; il-kantanti kollha quddiem il-ġurati. Ħadd wara Ħadd wara imbagħad, TVM ikompli b’kull fażi ta’ XFactor Malta, li se jwassal għas-serata finali nhar it-8 ta’ Frar.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati….

Saħħa

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikreattiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu. F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi…

Saħħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li s’issa f’Malta saru swabs fuq 22 persuna li kellhom is-sintomi tal-virus iżda kollha rriżulataw li m’għandhomx il-Covid-19,…

L-għan ewlieni tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni Ewropea hu li jgħinu jindirizzaw sfidi strutturali partikolari, ikattru t-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività ta’ kull pajjiż membru. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riformi…

Aktar