Eurovision
Il-kanzunetta ta’ Destiny ma tistax tintuża għall-Eurovision tas-sena d-dieħla

L-EBU ħabbret li l-kanzunetti magħżula mill-pajjiżi parteċipanti għall-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, li kien ser isir f’Rotterdam, ma jistgħux jerġgħu jintużaw is-sena d-dieħla.

Dan intqal fid-dawl tal-fatt li l-konkors ta’ din is-sena kellu jiġi kkanċellat minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19.

Dan ifisser li Malta mhux se tkun qed tipparteċipa bil-kanzunetta All Of My Love meta jsir il-Eurovision is-sena d-dieħla.

Fi stqarrija l-EBU żiedet li huma l-pajjiżi li jiddeċiedu jekk is-sena d-dieħla jipparteċipawx bl-istess kantanti, anki jekk il-kanzunetta trid tinbidel.

Dwar dan il-PBS għadu ma ħabbar l-ebda pożizzjoni uffiċjali f’dan l-istadju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Aktar