Barranin
Il-Kap Eżekuttiv tal-Boeing se jispiċċa bla paga

Dennis Muilenburg, il-Kap Eżekuttiv tal-Boeing se titnaqqaslu l-paga b’mod konsiderevoli.

Dan ħabbru ċ-Chairman tal-kumpanija, Dave Calhoun li qal li Muilenburg la se jieħu l-perkaċċi u lanqas il-bonus marbuta mal-kariga.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara l-kritika qawwija li qed taqla’ l-kumpanija hekk kif f’ż-żewġ inċidenti riċenti tal-Boeing 737 Max, 346 persuna tilfu ħajjithom. L-inċidenti seħħew minħabba sistema ta’ sigurtà difettuża.

Il-Boeing mistennija tħallas mal $5 biljuni f’kumpens lill-klijenti tagħha u l-familji tal-vittmi.

Fl-2018, Muilenberg qala’ $23.4 miljun, li $20.4 miljun minnhom kienu perkaċċi u bonus.

Bosta qalu li l-pożizzjoni ta’ Muilenberg m’għadhiex tenibbli iżda l-Qorti Amerikana ordnat li jkompli jaħdem bla paga u jirranġa s-sitwazzjoni li tinsab fiha l-kumpanija.

Ara wkoll:

Ir-Ryanair twaqqaf l-operat ta’ 3 ajruplani Boeing 737