Lokali
AĠĠORNAT: Jgħid li sar qbil unanimu għall-mistoqsija li fassal għall-vot fil-Kunsill Ġenerali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Kumitat tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet wara nofsillejl,  il-Kap Nazzjonalista Dr Adrian Delia qal li sar qbil unanimu dwar il-mistoqsija li se ssir waqt il-Kunsill Ġenerali,  il-mistoqsija li fassal hu, ħlief għal xi tibdil żgħir li sar fiha,  jiġifieri dik li se tistaqsi – jekk għandux il-kap tal-partit Adrian Delia jibqax fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista sal-elezzjonijiet li ġejjin.

Il-Kunsill Ġenerali se jitlaqqa’ fis-sebgħa u għoxrin ta’ Lulju li ġej.  Mistoqsi dwar l-għajjat li nstema’ ħiereġ waqt il-laqgħa li damet għaddejja għal iktar minn ħames sigħat,  Dr Delia qal li waqt il-laqgħa kien hemm dibattitu tal-ideat fejn l-animu kien l-interess tal-Partit Nazzjonalista, fejn irringrazzja wkoll lil dawk li għamlu l-petizzjoni.

Mistoqsi dwar jekk il-petizzjoni mressqa mill-eks President tal-Eżekuttiv Mark Anthony Sammut hix valida jew le minħabba dak li ġie rrapurtat fuq diversi mezzi tax-xandir, Dr Delia qal li ebda petizzjoni ma ġiet iddikjarata invalida.

Dr Delia qal li dan il-proċess ta’ tibdil hemm bżonnu fil-Partit Nazzjonalista u anki l-vot ta’ fiduċja fil-kap tiegħu.  Dr Delia qal li l-attitudni li ra llum fil-kumitat tal-eżekuttiv bdiet it-triq tar-riforma tal-Partit Nazzjonalista.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Ministeru għat-Turiżmu, ħabbar li l-kuntratt ta’ konsulenza ta’ Konrad Mizzi ġie tterminat. Dan wara li dalgħodu, il-Ministru Julia Farrugia Portelli, indikat li fi żmien qasir ser tittieħed deċiżjoni dwar il-kuntratt…

Ikel

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi lill-pubbliku dwar kejkijiet żgħar tad-ditta No Moo. Id-Direttorat qal li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi…

Ambjent

Balavostri li nstabu mkissra fil-Barakka ta’ Fuq taw l-impressjoni ta’ att vandalu, iżda xhud fuq il-post qed isostni mod ieħor. Sezzjoni tal-balavostri biswit it-taraġ li jwassal għall-batterija tas-salut, instabu nieqsa…

Kronaka

Ħadd ma weġġa’ meta vann spiċċa fuq ir-roundabout magħrufa bħala tal-Imgħallaq, f’Ħal Qormi. Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-1.15pm. Pulizija marru fuq il-post biex jinvestigaw, bid-dinamika…

Aktar