Politika
Il-Kap tal-Oppożizzjoni b’messaġġ biex id-dinja kollha tiġġieled il-bidla fil-klima

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wassal messaġġ biex id-dinja kollha tiġġieled il-bidla fil-klima li qal l-effetti tagħha diġà qed jinħassu.

Fil-laqgħa annwali mal-membri tal-korp diplomatiku għall-bdil tal-awguri tas-sena l-ġdida, Dr Delia semma l-immigrazzjoni li qal mistennija tkompli tiżdied riżultat tal-bidla fil-klima.

Il-Kap tal-Oppiżizzjoni appella biex l-Unjoni Ewropea kollha tadotta l-politika biex il-piz tal-immigrazzjoni jinqasam bejn kulħadd. Mal-korp diplomatiku Dr Delia esprima t-tħassib dwar l-instabilità f’pajjiżi Mediterranji u qal li Malta tibqa’ favur il-paċi, il-prosperità u s-sigurtà għall-Maltin u l-istabilità fir-reġjun tal-Mediterran.

Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar ħames snin jiġġieled kontra l-governanza ħażina u l-korruzzjoni li qal wasslu għar-riżenja u eventwalment għall-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid. Qal li jeħtieġ li terġa’ tinbena reputazzjoni tajba tal-pajjiż filwaqt li awgura għal tisħiħ tar-relazzjonijiet tajbin li Malta diġà għandha mal-pajjiżi rapreżentati mill-korp diplomatiku.

Waqt li ta wkoll l-awguri lir-rappreżentanti tal-korpi kostitwiti u lill-midja, il-Kap Nazzjonalista rrefera għal ġrajjiet tal-aħħar ġimgħat u radd ħajr b’mod partikulari lil midja għax-xogħol li wettqet f’dawn iċ-ċirkustanzi diffiċli. Huwa tenna l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li jkompli jaħdem għat-tiġdid meħtieġ bil-pajjiż biex ikun hemm seperazzjoni f’saħħitha tal-poter u biex ikun hawn is-saltna tad-dritt.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Aktar