Lokali
Il-Kap tal-Oppożizzjoni: irid investigazzjoni u inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa qtil politiku u sostna li huwa l-agħar wieħed mill-qtil ta’ Raymond Caruana.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Delia qal li nqatlet persuna li kixfet l-akbar skandli ta’ Malta u li kienet kritika tal-Gvern u tal-Partit Laburista għal dawn l-aħħar snin.

Filwaqt li esprima s-solidarjetà mal-qraba ta’ Caruana Galizia, Dr Delia qal li dan il-qtil huwa konsegwenza tal-kollass tas-saltna tad-dritt, li fi kliemu ilu jseħħ tul dawn l-aħħar erba’ snin. Saħaq li dan il-kollas huwa responsabbiltà tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Huwa saħaq li jrid li ssir investigazzjoni indipendenti u mhux se jaċċetta li ssir inkjesta mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, mill-Kummissarju tal-Pulizija u l-Brigadier Jeffrey Curmi.

Temm jgħid li dan huwa l-aktar jum ikrah fl-istorja politika tul dawn l-aħħar 40 sena.

Aktar kmieni Dr Delia kiteb fuq twitter ukoll  u qal li dan l-aġir huwa kolass tad-demokrazzija u l-libertà tal-kelma. Saħaq li m’għandniex niġu msikkta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar