Politika
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jallega li l-PM qed jiġi mġiegħel jieħu d-deċiżjonijiet

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-Prim Ministru mhux jieħu d-deċiżjonijiet minn rajh imma qed ikun imġiegħel.

Intervistat fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia qal li Robert Abela qed jiddeċiedi biss meta jiġi dahru mal-ħajt.

Il-Kap Nazzjonalista staqsa x’se jiġri mill-kuntratti li ffirma l-ex Ministru Konrad Mizzi fosthom tal-Vitals u tal-Electrogas li qal qed jiswew il-poplu miljuni ta’ ewro fis-sena.

Hu qal li l-Gvern ħataf l-istituzzjonijiet tal-pajjiż biex ftit nies isiru sinjuri minn fuq dahar il-poplu.

Dr Delia appella lill-Maltin biex jingħaqdu ħalli jieħdu pajjiżhom lura biex isem Malta ma jibqax jiġi kkalpestat.