Politika
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-Gvern qed jarmi l-miljuni f’kuntratti mdellija

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li dal-Gvern qed jibqa’ jarmi l-miljuni f’kuntratti b’dellijiet fuqhom, meta hawn min mhux qed ilaħħaq sal-aħħar tax-xahar. Fl-isfond ta’ żewġ appuntamenti elettorali din is-sena, Dr Delia qal li min jemmen li dal-Gvern korrott u xorta ma joħroġx jivvota, ikun qed jivvota lil Joseph Muscat.

Dr Delia qal li l-media għamlet erba’ ġimgħat titkellem dwaru u llum li bdiet titkellem fuq dak li huwa kien ilu jgħid ix-xhur dwar il-kuntratt tal-Vitals għat-tmexxija tal-isptarijiet li dwaru anke mar il-Qorti, b’kawża kontra l-Gvern. Huwa qal li dan kien kuntratt ta’ €2,000 miljun lil kumpanija li l-unika kapaċità tagħha kienet li titrasferixxi l-kuntratt lil ħaddieħor għal €1. Dr Delia qal li issa ħareġ li ishma tal-kumpanija intużaw sabiex xtrat il-kumpanija Technoline wara li tagħtha l-esklussività biex it-tgħamir kollu tal-isptarijiet jinxtara minn għandha.

F’attività poltiika f’Birkirkara, il-Kap Nazzjonalista semma kif il-Ministru Fearne ma qabilx mal-kuntratt iffirmat minn Konrad Mizzi u staqsa x’ser jagħmel il-Prim Ministru. Qal li għalhekk fetaħ kawża biex l-isptarijiet jerġgħu jsiru tan-nies. Dr Delia qal li l-Prim Ministru lanqas irid jiddefendi ruħu f’din il-kawża għax talab li ma jkunx parti minnha.

B’referenza għall-art tal-Corinthia, Dr Delia qal li l-Minsitru Konrad Mizzi nnegozja ħażin l-għoti ta’ art pubblika biex tinbidel minn skop ta’ turiżmu għal wieħed ta’ spekulazzjoni u bini li minnu jsir gwadann kbir. Huwa qal li qed issir pressjoni biex dan it-trasferiment tal-art isir. Dr Delia qal li l-korruzzjoni saret kwistjoni li qed taffettwa lin-nies kuljum għax b’dawn il-kuntratti jistagħnaw ftit tal-qalb waqt li l-anzjani mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar bil-pensjoni.

Dr Delia qal li l-Gvern ma jistax jagħti l-art lill-privat u fl-istess waqt jonqos milli jibni social housing għal dawk it-3,000 familja fil-bżonn. Qal li l-Gvern ma rnexxilux iniżżel il-ġid li jgħid li qed joħloq fil-bwiet tat-72,000 persuna fir-riskju tal-faqar. Huwa kkritika l-Gvern li qal ma jimpurtahx mill-bdiewa u l-prodotti Maltin.

Il-Kap Nazzjonalsisa stqarr li fl-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej, il-Partit Nazzjonalista għandu għadma iebsa imma għandu snin tajbin. Qal li l-partit għandu l-konvinzjoni li għal darb’oħra fil-mument meta l-pajjiż ikun jeħtieġ lill-Partit Nazzjonalista, se jkun hemm b’saħħtu u jasal iż-żmien fejn se jirbaħ żgur.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Freddie Portelli se jkun qiegħed iniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, li se twitti t-triq għal musical li se jġib l-istess isem tal-kanzunetta. Il-mużika kitibha Dominic Galea filwaqt…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wera tħassib dwar dak li ġara lir-residenti tal-blokka li ġġarrfet fi Gwardamangia u talab biex jingħata rapport dwar kif żvolġiet is-sitwazzjoni. Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti,…

Avjazzjoni

L-Air Malta se tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ġimgħa lejn il-gżira Balearika ta’ Ibiza, li hija magħrufa l-aktar għan-nightlife tagħha….

Unjoni Ewropea

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin iħossu li l-pajjiż ibbenefika mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Stħarriġ tal-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa li sar mill-Parlament Ewropew li sar bejn Frar u Marzu juri li 91% tal-Maltin wieġbu li Malta…

Aktar