Budget
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li m’hemm l-ebda pjan għat-traffiku

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dan hu budget bla viżjoni, xott mill-ideat u mis-soluzzjonijiet ġodda. F’konferenza tal-aħbarijiet wara l-budget, Dr Delia qal li dan hu budget b’wegħdi riċiklati li ma twettqux fis-snin li għaddew. Adrian Delia qal li l-budget għas-sena li ġejja bl-ebda miżura m’hu qed itaffi mill-piż tal-għoli tal-ħajja. Adrian Delia qal li ż-żieda fil-kumpens għall-għoli tal-ħajja lanqas biss tikkumpensa għal xirja ta’ ġimgħa.

Dr Delia qal li dan il-budget ma jagħti ebda pjan jew viżjoni biex jindirizza t-traffiku, iż-żieda fil-popolazzjoni, it-tniġġis fl-arja u qal ukoll li ma jagħtix soluzzjoni kif se jattira banek oħrajn fil-pajjiż.

Dwar il-qasam edukattiv, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-għalliema Maltin huma l-inqas imħallsin fl-Ewropa u sostna li dan il-budget ma indirizzax il-problemi li hemm fl-edukazzjoni, fosthom li għall-kuntrarju ta’ gvern Nazzjonalista li kien jibni skola ġdida fis-sena, dan il-Gvern mhuwiex jagħmel dawn l-investimenti fl-edukazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija Farsons ħabbret li fis-sena finanzjarja tagħha li ntemmet f’Jannar għamlet qligħ qabel it-taxxa ta’ 12-il miljun u tlett mitt elf ewro kważi żewġ miljuni anqas mis-sena ta’ qabel. Il-kumpanija…

Lokali

L-Għaqda Repubblika fi stqarrija qalet li hija sorpriża li l-inkjesta li saret fuq talba tagħha dwar l-mewt ta’ 12-il immigrant ġiet konluża f’xahar. L-inkjesta li tmexxiet mill-Maġistrat Joe Mifsud kellha…

Aktar