Politika
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li se jlaqqa’ l-grupp parlamentari

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li din il-ġimgħa se jlaqqa’ grupp parlamentari biex jiżgura li l-Partit Nazzjonalista jkompli bil-ħidma fit-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja.

Huwa kien qed jirreaġixxi għal rapporti li dehru f’The Sunday Times of Malta dwar messaġġi li għaddew bejnu u bejn Yorgen Fenech. Aktar qabel ġie rappurtat li għadd ta’ membri parlamentari talbu li l-grupp parlamentari Nazzjonalista jitlaqqa’ b’urġenza wara dak żvelat fil-midja dalgħodu.

Dr Delia qal li bħala mexxej tat-tieni l-akbar partit politiku f’Malta jirċievi eluf ta’ messaġġi minn persuni differenti jwegħduh appoġġ, jitolbu li jiltaqgħu miegħu u jagħtuh ideat. Qal li b’daqshekk ma jfissirx li hu qrib jew ħabib tagħhom.

Fakkar li meta ħarġet l-istorja tas-17 Black, mal-Partit Nazzjonalista kollu hu kien fuq quddiem li ta’ kuljum talab li tintrefa responsabilita’ politika minn dawk li kellhom relazzjoni speċjali ma’ Yorgen Fenech.

Staqsa għaliex jekk it-Times għandha aċċess għall-mobile ta’ Yorgen Fenech, ippublikat biss storja dwar dawn il-messaġġi u mhux oħrajn li għaddew ma’ persuni oħra.

Ara wkoll:

Delia jallega manuvri minn nies fil-PL u l-Gvern biex jattakkawh u jintimidawh

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar