COVID-19
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jieħu t-tilqima kontra l-Covid-19

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech ħa l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid-19.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela llum ħabbar li kien se jeħodha għada.

Fl-aħħar jiem it-tilqima kienet qed tingħata lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 40 sena.

Minn din il-ġimgħa t-tilqima se tibda tingħata lil dawk li għandhom minn 30 sena ‘l fuq.