Lokali
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jitlob laqgħa urġenti mal-Awtorità tax-Xandir

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, talab laqgħa urġenti mal-Awtorità tax-Xandir.

F’ittra liċ-Chairman tal-Awtorità, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jitlob li l-laqgħa ssir sa mhux aktar tard minn għada fl-isfond ta’ dawk li sejjaħ ksur lampanti ta’ imparzjalità mix-xandir pubbliku fejn qal li qed ikun hemm manipulazzjoni partiġġjana fil-mod kif qed titwassal l-informazzjoni mill-Gvern.