
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ressaq ittra quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi jitlob biex il-Parlament jindaga l-iskema tal-passaporti li qal li l-Oppożizzjoni dejjem qalet li ma taqbilx magħha.
B’referenza għal dak li xxandar fuq stazzjon televiżiv Franċiż, Dr Delia qal li f’din l-investigazzjoni ġie żvelat li wieħed mill-aġenti tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija ftaħar li jista’ jirranġa biex l-awtoritajiet Maltin jagħlqu għajn waħda meta persuni b’rekord kriminali jkunu jridu jixtru ċ-ċittadinanza.
Qal li dan l-istess aġent ftaħar bir-rabtiet li qal li għandu mal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Owen Bonnici, il-Ministru Chris Cardona, il-Ministru Konrad Mizzi u mas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.
Adrian Delia qal li dan kollu jikxef korruzzjoni u abbuż ta’ poter fil-bejgħ tal-passaporti. Sostna li għal dan kollu hu politikament responsabbli l-Prim Ministru Joseph Muscat, mhux biss għax huwa Prim Ministru, imma wkoll għaliex żamm taħt ir-responsabbilità diretta tiegħu l-iskema tal-passaporti.
Dr Delia qal li l-pajjiż ma jistax jibqa’ jaqla’ daqqa wara l-oħra, speċjalment f’setturi bħal dawk finanzjarji. Qal li hu għalhekk li l-Oppożizzjoni talbet li l-iskema tiġi sospiża biex tiddefendi l-impjiegi u l-ġustizzja.
B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li m’għandu ebda diffikultà li fil-mument opportun il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi jiddiskuti dan is-suġġett.
Il-Partit Laburista rrimarka li r-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment qed tinbidel il-ħin kollu, b’mod li filli jkun irid ħaġa u filli jkun irid ħaġa oħra.
F’Raħal Ġdid, il-Prim Minsitru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li huwa f’dan il-mument li ser toħroġ biċ-ċar id-differenza bejn dan il-moviment u ħaddieħor. Huwa qal li ħaddieħor huwa…
Il-mexxej Laburista ntlaqa’ wkoll mill-partitarji fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa enfasizza li wara t-12 ta’ Jannar, il-Partit Laburista m’għandux bżonn numri biex juruh is-saħħa tiegħu għax huwa partit li jħoss il-polz…
Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….
Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar…