Politika
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jżur il-kumpless PAMA

Waqt żjara fil-PAMA Shopping Mall, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, wiegħed li se jkompli jaħdem biex ikun hemm aktar opportunitajiet għan-negozji u aktar investiment li jissarraf f’xogħol ta’ kwalità għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Sostna li huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi sistema ta’ taxxa aktar ġusta sabiex in-negozji Maltin ma jiġux żvantaġġjati.

Waqt iż-żjara fil-kumpless PAMA, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sema’ bl-isfidi li l-ħaddiema għaddew minnhom minħabba l-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li seta’ jinnota l-investiment li sar biex dan il-grupp seta’ jkompli jikber u joffri l-aqwa servizz lill-poplu fi żmien ta’ kriżi.