Partit Laburista
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jafx x’qed jiġri f’Għawdex” – PL

Il-Partit Laburista permezz tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia huwa maqtugħ mir-realtà u ma jafx x’qed jiġri fil-gżira Għawdxija.

F’konferenza tal-aħbarijiet, b’reazzjoni għall-kritika tal-bieraħ ta’ Dr Delia fuq il-liġi dwar it-twaqqif tal-awtorità reġjonali għall-iżvilupp f’Għawdex, il-Ministru Caruana qalet li l-Gvern qed iwettaq għadd ta’ proġetti li bihom Għawdex għandu tkabbir ekonomiku bla preċedent. Spjegat li l-Awtorità Reġjonali qed tkun diskussa fil-Parlament li se tistabbilixxi standards u tiżgura li l-proġetti jsiru fi żmien determinat.

Il-kandidat Alex Agius Saliba qal li fl-aħħar jiem reġgħet ħarġet id-differenza fil-mod kif iż-żewġ partiti politiċi jħarsu lejn Għawdex. Qal li filwaqt li l-Prim Ministru ħabbar iktar inizjattivi għall-gżira Għawdxija, il-Kap tal-Oppożizzjoni maqdar kull inizjattiva li ħa l-gvern fl-aħħar snin.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar