Lokali
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom qabel il-vot fuq l-emendi tal-IVF

F’konferenza tal-aħbarijiet, siegħa qabel ttieħed il-vot fit-tielet qari biex tidħol il-liġi ġdida tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li wasal il-waqt li l-politiċi ma jibqgħux jaħsbu ta’ tobba iżda li t-tobba jitħallew jagħmlu xogħolhom. Dr Fearne qal li l-IVF huwa kura mediku u għalhekk il-Gvern ma jistax jibqa’ jagħmel diskrimkinazzjoni fil-kura medika.

Il-Deputat Prim Ministru Fearne qal li minn kemm ilu jsir l-IVF b’xejn fl-Isptar Mater Dei, twieldu 127 tarbija. Qal li sfortunatament minn 600 mara li għamlu ċ-ċiklu tal-IVF, 470 mara, is-sistema tal-liġi ta’ kif inhi bħalissa, falliethom. Qal imma li jeżistu sistemi mediċi li tgħin lil dawn in-nisa u hekk se jiħri bil-vot fil-Parlament.

Bħalissa f’Malta hawn 57 mara li għaddejja proċess tal-IVF li għandhom fuq l-40 sena. Il-possibilità ta’suċċess bl-IVF bil-liġi s’issa li jkollok 2 bajdiet biss prattikament hi xejn. Kull ġimgħa li tgħaddi qed innaqsu ċans li jkollhom tarbija. Għalhekk importanti llejla ngħaddu l-liġi u flok niffertilizzaw 2 bajdiet qed nagħtu iktar opportunità għal tarbija” qal Dr Fearne.

Dr Fearne stqarr li l-Partit Laburusta se jerġa’ jikteb paġna oħra fl-istorja progressiva tal-pajjiż. Qal li mill-bidu nett il-Gvern iddibatta u ħa suġġeriment f’dik li ddeskriva bħala konsultazzjoni wiesgħa. Semma’ kif anke fl-istadju tal-kumitat, il-Gvern baqa’ jikkonsulta u anke biddel partijiet mil-liġi, fosthom is-surrogacy li ma jibqax reat kriminali u li ssir għal ebda gwadan ta’ flus. Għalhekk din se tkun diskussa bħala liġi separata.

Id-Deputat Prim Ministru qal li fl-aħħar jumejn il-Gvern kellu komunikat minn numru ta’ NGOS’s. Waqt li semagħhom, qal li f’uħud minn dak li pproponew, il-Gvern ma qabilx fosthom li jitnaqqas l-ammont ta embrijuni ffriżati billi, jiġu introdotti miżati għolja biex jiskoraġixxu milli wieħed jiffriża l-embrijun.

Intant siegħa u nofs qabel il-votazzjoni fil-Parlament dwar l-emendi proposti għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkonferma li ser jagħti vot ħieles lill-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni.

B’reazzjoni għal mistoqsija ta’ TVM, Dr Delia qal li fi kwistjonijiet ta’ etika u moralità huwa jagħti vot ħieles kif dejjem qal li għamel. Huwa stieden lill-Prim Ministru biex jagħmel l-istess u jħalli l-membri parlamentari tiegħu jivvutaw skont il-kuxjenza tagħhom.

F’konferenza tal-aħbarjiet, Dr Delia qal li din il-liġi tmur kontra dak kollu li jemmen fih il-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li l-partit se jibqa’ jiġġieled sal-aħħar u ser jivvota kontriha.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ddeskriva din il-liġi bħala waħda li teqred il-ħajja u l-ugwaljanza qabel it-twelid. Huwa qal li l-Gvern li jiftaħar li huwa l-aktar Gvern li lleġiżla dwar l-ugwaljanza, issa għażel li joħloq l-inugwaljanza qabel it-twelid. Huwa qal li din il-liġi tneżża’ lis-soċjetà mill-umanità.

Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

The Malta Independent Fl-ewwel paġna ta’ The Malta Independent insibu ritratt ta’ mewġ akkumpanjat bit-titlu ‘Wave goodbye to summer’. Insibu wkoll rapport li jgħid li l-Avukat Ġenerali qal li huwa…

Toroq

Ir-ritorn tal-għalliema u l-istudenti kollha fl-iskejjel żied il-karozzi fit-toroq mas-sebħ u kmieni wara nofsinhar. It-traffiku f’dawn il-ħinijiet tal-ġurnata mistenni jkompli jiżdied mit-Tnejn li ġej meta tibda s-sena akkademika fl-Università u…

Ikel

Intemm l-għasir tal-għeneb għall-inbid u issa, mal-bidu tal-ħarifa, jinsab fl-aqwa tiegħu l-istaġun tal-għasir taż-żebbuġ. Għal Jesmond Psaila, tmiem Settembru jfisser il-bidu ta’ staġun li jipproduċi dak li ħafna jfittxu fuq…

Aktar