Budget
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni wieġeb għalkollox ħlief għall-budget” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fir-reazzjoni tiegħu għall-budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wieġeb għalkollox ħlief għall-budget. F’kummenti lill-ġurnalisti wara d-diskors, qal li f’sagħtejn sħaħ il-kap tal-Oppożizzjoni kien negattiv.

“Injora għalkollox il-budget li ġie ppreżentat u agħar minnhekk kellu diskors f’waqtiet minnhom b’lemħiet xenofobi fejn ipprova jagħti l-impressjoni u jipprova jġelled lill-Maltin mal-barranin. Dak hu diskors populista li faċli tagħmlu imma fil-verità tkun qed tiżra żerrieġħa verament kera tal-mibgħeda għas-snin li ġejjin.”

Il-Prim Ministru qal li jiddispjaċih li l-Kap tal-Oppożizjzoni ma sabx ħin biex jikkumenta dwar l-akbar żieda f’erbgħin sena li qatt ingħataw il-pensjonanti, dik ta’ seba’ ewro fil-ġimgħa, ma kkummentax li l-gvern reġa’ żied il-leave tal-ħaddiema u lanqas dwar il-miżuri ambjentali li ħa l-gvern fosthom il-projbizzjoni tal-plastik u l-qalba għal karozzi li jniġġzu inqas.

Mistoqsi dwar l-irvellijiet mill-immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, il-Prim Ministru qal li l-punt kruċjali għalih hu li kulħadd irid josserva l-liġijiet. Qal li f’sitwazzjonijiet bħal dawn ikun hemm min jipprova jiżra l-mibgħeda ta’ aħna kontra huma, iżda qal li llum hu mhux se jibdel il-pożizzjoni tiegħu favur l-integrazzjoni għax is-sentiment mhux l-istess fost il-poplu.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar