Lokali
Il-Kap tal-Partit Popolari kontra dikriminalizzazzjoni tal-abort

Il-Partit Popolari sejjaħ bħala disgustanti u xokkanti l-mozzjoni tad-deputat Marlene Farrugia li qal tfisser li kull assistenza medika involuta fil-qtil tat-trabi fil-ġuf ma titqiesx bħala azzjoni kiriminali.

Żied jgħid li jiddiżapprova l-fatt li jintqal li l-abort hu dritt tal-mara meta fl-istess ħin tiġi disprezzata d-dirt tal-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.

Il-Partit Popolari ħeġġeġ li l-mozzjoni titressaq għad-diskussjoni minnufih u jistenna li kull deputat jistqarr b’mod ċar il-pożizzjoni tiegħu.