Lokali
Il-Kap tal-PN: għandu jitwaqqaf kumitat parlamentari biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fisser id-diskors tal-Prim Ministru bħala wieħed surreali fi żmien surreali. Qal li l-Prim Ministru hu maqtugħ mir-realtà u jixtieq inessina dak li għexna fis-snin li għaddew billi jgħidilna fost oħrajn li hu ġdid meta ilu snin jiddefendi l-ħażin magħruf.

Dr Grech qal li l-istat u l-Gvern li jmexxih huma responsabbli għax minflok m’għamlu xogħolhom u ħadu azzjoni dwar stejjer li kienet qed tikxef Daphna Caruana Galizia għażlu li jiddemonizzawha, jiżolawha, iħarsu n-naħa l-oħra u jipproteġu lill-kriminali sa mal-kriminali ħadu kontroll sħiħ tal-istituzzjonijiet.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-inkjetsa tgħid mod ċar li kien l-istat li mexxa Gvern Laurista li hu ħati talli inħolqot il-klima ta’ impunità. Qal li anke jekk il-Prim Ministru qed jappoliġizza lill-familja jagħti l-impressjoni li qed imexxi gvern differenti, imma fil-verità għadu jmexxi gvern li għadu jaġixxi bl-istess mod u jipproteġi diversi persuni li missu ilhom li ttellgħu l-qorti. Qal li l-liġijiet qegħdin fuq il-karti imma fil-verità l-Prim Ministru għadu jibża’ jsib il-kuraġġ li ma jiddefendix lil Joseph Muscat.

Qal li lbieraħ kellna rebħa għal kawża ta’ Daphna Caruana Galizia li hu biss il-bidu biex nippruvaw nibdew insewwu l-ġerħa, li qal kibret u qed tipperikola s-saħħa tal-unur ta’ Malta minħabba l-gvern ħalliha tikber sal-punt li tagħmel ħafna ħsara. Dr Grech qal li r-rebħa ġiet għall-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Semma l-qtil tal-kuġina tiegħu Karin Grech li qatt ma sar il-verità dwar dan il-każ minkejja l-isforzi tal-familja. Żied li l-pajjiż irid jiddewwa mill-ġerħa kbira tal-inġustizzja.

Dr Grech qal li sas-16 ta’ Ottubru l-maġġor parti tar-rakkomandazzonijiet fl-inkjesta pubblika għandhom ikunu fis-seħħ. Qal li s-seduta tal-lum tkun il-bidu tat-triq u talab li jitwaqqaf kumitat parlamentari biex jiddiskuti rakkomandazzjonijiet tar-rapport biex ikun żgurat li jitwettqu mill-aktar fis. Qal li l-Oppożizzjoni se tikkollabora bis-sħiħ/ F’Ottubru se jkunu għaddew erba’ snin mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Qal li huwa tal-mistħija li pajjiż modern jagħmel aktar minn tliet snin jiċħad lil min ried jikxef il-verità.

Dwar l-ombudsman, Dr Grech qal li l-Prim Ministru ressaq isem u ma bidlux u warrab is-seba’ ismijiet li ppreżentalu hu/ Qal li l-kredibilità tal-Prim Ministru spiċċat fix-xejn/