Politika
Il-Kap tal-PN iwieġeb dwar il-kummenti ta’ Edwin Vassallo u dwar ir-reshuffle

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tkellem fuq bosta temi waqt li kien qed jattendi għal-laqgħa mal-Kunsill Studenti Universitarji.

Mistoqsi mill-ġurnalisti fuq il-kummenti li kiteb Edwin Vassallo dwar żwieġ bejn koppji tal-istess sess, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li tkellem ma’ Edwin Vassallo dwar ir-realtajiet ta’ żmienna u qal li Vassallo fehem li jrid jirrispetta lil kull min hu anke mhux tal-fehma tiegħu.

Mistoqsi wkoll jekk jaħsibx li kellux jreġġa’ lura mid-deċiżjoni oriġinali tiegħu meta ta s-saħħa lil Dr Stephen Spiteri u t-turiżmu lil Robert Arrigo, Bernard Grech qal li dan kien proċess li l-Partit Nazzjonalista kien għaddej minnu u għalhekk kien qed jiddiskuti mad-deputati, li qal huma grupp magħqud u kollha kuntenti bix-shadow cabinet li ngħataw.