Lokali
Il-Kap tal-PN iżur il-Valletta Cruise Port – jisħaq fuq it-tisħiħ tas-settur marittimu

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, qal li Malta għandha tinvesti f’intermodal hub internazzjonali għal-loġistika tal-merkanzija biex ikompli jikber il-potenzjal marittimu tal-pajjiż.

Fi żjara fil-Valletta Cruise Port, Dr Grech qal li s-settur marittimu dejjem kien għal qalb il-Partit Nazzjonalista. Spjega, li minkejja s-suċċess tas-settur hemm potenzjal għal aktar tkabbir u semma l-ħtieġa ta’ aktar investiment f’bioteknoloġija marittima, l-akwakultura, il-loġistika għall-vapuri u t-tiswija ta’ magni ta’ vapuri li jaħdmu b’gass naturali, l-LNG.