Unjoni Ewropea
Il-Kap tal-PN jattendi għal-laqgħa tal-PPE fi Brussell

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum attenda għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) li sar fi Brussell.

F’dan is-summit saret diskussjoni dwar il-proċess li se jiddetermina min se jkun il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Dr Delia qal li bħal dejjem, il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija dik li jiġu mħarsa l-interessi ta’ Malta u jkun aċċertat li jingħata l-appoġġ sħiħ lil dak il-kandidat, li għandu jkun il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li l-aktar jirrappreżenta l-aspirazzjonijiet u l-interessi ta’ Malta.

Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li saru fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea matul it-23 u s-26 ta’ Mejju, kollox jindika li l-Partit Popolari Ewropew se jikseb mill-inqas 178 siġġu u huwa l-ikbar grupp fil-Parlament Ewropew.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, wiegħed li gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura d-demokrazija u jagħti lill-pajjiż viżjoni fit-tul li qal hi nieqsa fl-aġenda tal-gvern preżenti. F’mass meeting quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà,…

Qorti

Wayne Catania ta’ 29 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum arrestat wara li tessaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ serq ta’ vettura u li seraq u għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor. L-akkużat wieġeb…

Qorti

Malti ta’ 36 sena ġie akkużat li l-Ġimgħa u fil-jiem ta’ qabel f’Ħal Għaxaq hedded u kkawża biża’ lil oħtu. Il-Pulizija xlietu wkoll li ta fastidju u li kkawża vjolenza…

Politika

Dwar l-inkjesta pubblika kkummenta wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li fil-jiem li ġejjin se jlaqqa’ l-grupp parlamentari biex jiddiskuti t-twaqqif tal-inkjesta. Qal li jrid il-konfort aħħari li din…

Aktar