Lokali
Il-Kap tal-PN jgħid li bl-għaqal biss nistgħu ngawdu frott is-sagrifiċċji li għamilna bħala pajjiż

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Adrian Delia waqt żjara liċ-ċentru tas-saħħa fil-Mosta qal li bl-għaqal biss nistgħu nibdew ingawdu bil-mod il-mod il-frott tas-sagrifiċċji li għamilna bħala pajjiż.

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista ikkwotat lil Dr Delia jgħid li nżommu l-għaqal li urejna biex ma nitilfux ir-riżultati pożittivi li ksibna. Huwa radd ħajr lill-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa, u għall-mod kif baqgħu għaddejjin b’ħidmiethom anke issa meta qed jitnaqqsu r-restrizzjonijiet.

Dr Delia qal li f’dan iż-żmien tranżitorju jibqgħu jgħoddu l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa biex is-saħħa tkun protetta. Huwa qal li poplu b’saħħtu biss jista’ jibni ekonomija b’saħħitha, għalhekk is-saħħa u l-ekonomija jimxu ma’ xulxin u mhux jiġġieldu kontra xulxin.