Ekonomija u Finanzi
Il-Kap tal-PN jgħid li d-deċiżjoni tal-FATF hija kastig fuq il-poplu Malti kollu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iddeskriva d-deċiżjoni tal-FATF li tpoġġi lil Malta fil-lista l-griża bħala kastig għall-poplu Malti kollu.

Dr Grech qal li dan huwa l-mument li naħdmu biex jintlaħaq konsensus nazzjonali, u stieden lill-Gvern biex jingħaqad mal-Oppożizzjoni u titwaqqaf task force nazzjonali bil-għan li Malta titpoġġa fil-lista l-bajda mill-ġdid fl-iqsar żmien.

Żied li l-FATF terġa’ tiltaqa’ f’Ottubru, u dak iż-żmien il-pożizzjoni ta’ Malta tinbidel. Huwa esprima fiduċja li jiġi implimentat b’mod konvinċenti l-pjan t’azzjoni tal-FATF biex tkun limitata l-ħsara fit-tul fuq l-ekonomija Maltija.

Fi stqarrija iktar tard, il-Partit Nazzjonalista qal li Dr Grech mhux se jkun qed jattendi s-summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell, u minflok sejjaħ laqgħa urġenti tal-grupp Parlamentari għal-lejla.

Ara wkoll:

L-FATF tivvota biex Malta titpoġġa fil-lista l-griża – rapporti