Elezzjoni
Il-Kap tal-PN jgħid li Għawdex mhux prijorità għall-Gvern

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità.

Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel tul is-snin Gvern Nazzjonalista li qal dejjem qies lil Għawdex bħala ġojjell.

Qal li fl-aħħar Budget, il-Gvern lanqas biss indenja ruħu jagħmel allokazzjoni speċifika għal Ghawdex, u minflok semma lista ta’ proġetti li ilhom imwegħdin minn dan il-Gvern għal Għawdex tul l-aħħar snin.

Dr Delia qal li fil-Kunsilli Lokali ta’ Għawdex ukoll il-Gvern neżżalhom il-fondi li għandhom bżonn. Sostna li dwar il-konnettività bejn il-gżejjer, il-PN kien għamilha ċara li sakemm ikun hemm soluzzjonijet fit-tul, hemm bżonn is-soluzzjonijiet għall-preżent għall-Għawdxin.

Staqsa għaliex dan il-Gvern waqqaf il-vapur li jġorr il-merkanzija. Dr Delia qal li issa ġimgħa qabel l-elezzjoni, il-Gvern sab ir-4 vapur li qal huwa bastiment eqdem minn dawk li hemm bħalissa fil-Gozo Channel. Qal li dan kollu hu diżrispett lejn l-Għawdxin.

Tenna li min-naħa l-oħra, il-PN irid Għawdex reġjun, qed jipproponi soluzzjonijiet għall-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. Dr Delia qal li hu tal-mistħija li Għawdxi jaqla’ €2,300 inqas fis-sena għall-istess xogħol li jagħmel Malti. Qal li l-PN hu kommess li dan jieqaf.

Dwar ir-rapport li ħareġ mill-Kunsill tal-Ewropa qal li l-konklużjonijet jikkundannaw isem Malta. Sostna li dan ir-rapport jgħid li s-saltna tad-dritt f’pajjiżna hija imminata b’mod serju għax hemm dgħjufijiet serji fit-tmexxija tal-pajjiż.

Dr Delia qal li b’hekk dan il-Gvern ġab lill-pajjiż f’sitwazzjoni li fiha se ssir inkjesta fuq pajjiżna. Temm jgħid li bil-vot tas-Sibt li ġej il-poplu jista’ juri li jimpurtah mir-reputazzjoni ta’ Malta u ma jridx li jsaltan il-ħażen.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar