Lokali
Il-Kap tal-PN jgħid li ħadd m’għandu jmur jittallab biex jakkwista l-mediċina kontra l-kanċer

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li ħadd m’għandu jmur jittallab biex jakkwista l-mediċina kontra l-kancer. Dr Grech qal dan waqt żjara fl-isptar tal-Onkoloġija u f’laqgħa mad-Dirigenti ta’ Puttinu Cares.

Dr Grech qal li bħal pajjiżi oħra Malta għandu jkollha fil-formularju tagħha mediċina kontra l-kanċer li s’issa mhux qed tingħata.

Huwa qal li s-saħħa hija prijorità assoluta u kien ghalhekk li saret l-investiment fl-Isptar tal-Onkoloġija. Qal li l-Partit Nazzjonalista jrid li jibqa’ jinvesti biex kull pazjent jingħata t-trattament meħtieġ. Dr Grech qal ukoll li jammira x-xogħol volontarju li jagħmlu l-għaqdiet mhux governattivi bħal Puttinu Cares. Dr Grech sostna li l-Partit Nazzjonalista huwa kburi bix-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u wiegħed l-appoġġg kollu tiegħu.

Dr Victor Calvagna qal li Pittinu Cares jgħin ħafna lill-pazjenti li jitilgħu l-Ingilterra għat-trattament mediku filwaqt li ħabbar li dalwaqt ikollhom ċentru fil-qalba tal-Londra.