Immigrazzjoni
Il-Kap tal-PN jgħid li huwa kontra l-push back u favur ħidma mal-UE għal soluzzjonijiet fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li huwa kontra l-push back u favur ħidma mal-Unjoni Ewropea biex jinstabu s-soluzzjonijiet għall-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-unika soluzzjoni għall-problema tal-immigrazzjoni hija li Malta ssalvahom skont il-liġi internazzjonali u l-Unjoni Ewropea tieħu ħsieb it-tqassim tagħhom. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx li l-immigranti jintbagħtu lura lejn il-Libja ghax qal li dan iġib konsengwenzi oħra fuq il-pajjiż.

Dr Delia qal li jaqbel li trid issir ħidma b’saħħitha fl-Unjoni Ewropea biex din tifhem li Malta ma tiflaħx aktar immigranti. Qal li l-gvern għadu ma rnexxielux jikkonvinċi lill-Ewropa dwar dan. Mistoqsi dwar l-immigranti fuq il-vapuri tal-Captain Morgan, il-Kap Nazzjonalista qal li l-unika soluzzjoni hija li dawn jittieħdu f’port sigur f’xi pajjiżi Ewropej u li ssir ħidma qawwija kontra t-traffikanti tal-immigranti.

Dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija, Dr Delia qal li ma għandu ebda fiduċja li l-proċess huwa trasparenti għax qal li fl-aħħar mill-aħħar ser ikun il-Prim Ministru li jagħżel il-persuna li ser tokkupa din il-kariga. Huwa qal li l-unika triq hija li l-Kummissarju tal-Pulizija jintagħżel b’żewġ terzi tal-Parlament biex b’hekk ikollu s-saħħa li ma jħares lejn wiċċ ħadd u jinvestiga speċjalment każi ta’ korruzzjoni li dwarhom qal li għadu ma sar xejn.

Dr Delia allega li l-Gvern ħataf l-istituzzjonijiet fosthom il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali u għalhekk qal li hemm bżonn ħatra ta’ Kummissarju li tagħti serħan il-moħħ biex fi kliemu jiġu investigati Konrad Mizzi li allega li huwa maħrub minn Malta u Joseph Muscat u Carl Cini. Dr Delia qal li jekk il-pajjiż ser jibqa’ sejjer f’din it-triq ser jitniżżel fuq il-lista s-sewda u ma jiġix investiment serju b’detriment kbir għall-ekonomija.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Pulizija se takkuża żewġ persuni – wieħed b’theddid fuq uffiċjal pubbliku u li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u ieħor li ostakola t-triq b’vettura waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji meta nhar it-Tnejn filgħaxija…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hemm ħafna nies li qed ibatu u negozji li jeħtieġu l-għajnuna. Qal li l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jaħdem biex il-pajjiż ikollu…

COVID-19

Ebda każ ġdid ta’ COVID-19 wara li saru 987 swab test. Aħbar tajba hija li fl-aħħar 24 siegħa fiequ 9 persuni oħra biex b’hekk l-għadd ta’ nies li fiequ mill-COVID-19…

Qorti

Davison Micallef ta’ 24 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’allegat traffikar u pussess ta’ droga kokaina, eroina u kannabis. Fil-Qorti l-Ispettur Kevin Pulis spjega fil-lejl ta’…

Aktar