Lokali
Il-Kap tal-PN jgħid li isem Malta jrid jiġi salvagwardjat wara d-dibattitu fil-PE

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li qatt daqs illum ma kien hemm bżonn li isem Malta jkun salvagwardjat. Wara d-dibattitu fil-Parlament Ewropew, Dr Delia qal li l-Membri Parlamentari Maltin qed ikollhom jiddefendu lil pajjiż quddiem l-Ewropej, minflok jiftaħru bih.

Huwa qal li r-riżoluzzjoni tinnota kif uħud mill-persuni li isemmew fil-Panama Papers għadhom fil-Gvern. Dr Delia qal li għandna naraw għaliex il-Pulizija naqset milli tieħu azzjoni. Qal li pajjiż b’istituzzjonijiet li ma jiffunzjonawx, jispiċċa jbiegħed lin-nies u mhux jattirahom.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li r-riżoluzzjoni ssemmi r-rapport tal-Kumitat PANA li l-istituzzjonijiet li jirregolaw is-servizzi finanzjarji f’Malta għandhom indħil politiku kbir. Sostna li meta jkun hemm liċenzjar ta’ bank, għandu jsir eżerċizzju ta’ due diligence bl-ikbar attenzjoni.

Huwa elenka d-diversi punti oħra tar-riżoluzzjoni fosthom dwar ir-rapporti tal-FIAU dwar il-Pilatus Bank u l-bejgħ taċ-ċittadinanza. Qal li dawn huma l-affarijiet li qed jagħmlu ħsara lill-pajjiż.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li fil-Parlament Ewropew tressqet riżoluzzjoni separata mill-Grupp tas-Soċjalisti li tesprimi tħassib dwar theddida għal-libertà tal-espressjoni f’Malta u dwar involviment ta’ politiċi Maltin fl-iskandlu tal-Panama Papers filwaqt li tistieden lill-Gvern Malti sabiex ikun trasparenti mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ilu ħafna jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern dwar it-tnawwir tas-saltna tad-dritt f’Malta u saħaq dwar il-ħtieġa ta’ diskussjoni biex jissaħħu l-istituzzjonjiet. F’din il-kwistjoni, temm jgħid Dr Delia, hemm biss isem Malta u jeħtieġ nuru li l-Maltin u l-Għawdxin se jiġġieldu biex f’Malta jkun hawn tassew is-saltna tad-dritt.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar