Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li l-barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet inqas minn prekarjat

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed iġib dawn il-ħaddiema barranin bit-trakkijiet.

Dr Delia tkellem dwar l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar u qal li t-tfal f’din l-iskola qed jitgħallmu f’dawk li sejjaħ kontejners. Hu qal li għall-Gvern, dawn it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jippruvaw jixtru l-ewwel dar tagħhom, huma problemi tas-suċċess li qed jikseb il-pajjiż.

Il-Kap Nazzjonalista żied li l-iżvilupp bla rażan juri li l-Gvern ma żammx kelmtu fuq l-ambjent. Qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun vuċi fil-lokalitajiet fid-9 u l-10 distrett bi problemi serji ta’ traffiku u parkeġġ. Dr Delia tenna l-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li Għawdex ikun gżira-reġjun biex l-Għawdxin ikollhom jedd jiddeċiedu huma. Qal li għall-Gvern, Għawdex ma jfisser xejn u qal li l-Awtorità Reġjonali li biħsiebu jwaqqaf il-Gvern se tkun bla saħħa.

Dwar ir-reputazzjoni tal-pajjiż, Dr Delia qal li l-Gvern ikkalpestaha u żied jgħid li l-investiment mhux jiġi f’Malta minħabba r-reputazzjoni ħażina tal-pajjiż. Qal li f’wiċċ dan kollu, il-Gvern baqa’ jgħid li qegħdin fl-aqwa żmien.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar