Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li l-Gvern għandu jwieżen lill-kunsilli lokali waqt il-Covid-19

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, f’laqgħa virtwali ma’ numru ta’ Sindki li jirrapreżentaw il-Partit Nazzjonalista, saħaq li l-Gvern għandu jwieżen lill-Kunsilli Lokali billi jgħaddilhom ammont ta’ flus xieraq biex jagħmlu tajjeb għal spejjeż żejda li kellhom jonfqu, biex jassiguraw li l-lokalitajiet tagħhom ikunu kemm jista’ jkun protetti mill-Coronavirus.

Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ilu jitlob għal dan il-finanzjament sa minn nofs Marzu, fost l-oħrajn f’laqgħa li saret mal-Ministru responsabbli minn dan il-qasam, u minkejja li kien hemm qbil, s’issa l-kunsilli lokali għadhom ma semgħu xejn.

Skont stqarrija tal-Partit Nazzjonalista, qal li s-sindki qajmu diversi punti, fosthom dwar l-infurzar u l-awtonomija tal-kunsilli.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar