Politika Lokali
Il-Kap tal-PN jgħid li l-Indipendenza għandha tkun il-jum nazzjonali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li l-Indipendenza għandha tkun il-jum nazzjonali tal-poplu Malti, għax qal li fil-21 ta’ Settembru 1964 twieled in-nazzjon Malti.

F’mass meeting bħala parti mill-attivitajiet organizzati mill-Partit Nazzjonalista f’għeluq l-54 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, Dr Delia qal li kollox beda mill-indipendenza, meta l-pajjiż żviluppa u beda miexi ‘l quddiem. Il-Kap Nazzjonalista kkritika lill-Gvern li qal irid jaħtaf lura dak li Gvernijiet Nazzjonalista taw lill-pajjiż u qal li llum qegħdin f’sitwazzjoni fejn id-drittijiet fundamentali jinsabu taħt theddida. Qal li l-gvern mhux jinvesti u anke poġġa s-saħħa għall-bejgħ u ta l-isptarijiet lil xi ħadd li ma nafux min hu. Spjega li dan wasslu jmur il-qorti jiġġieled biex jieħu l-isptarijiet lura għax huma tal-poplu bi dritt.

Dr Delia qal li fl-aħħar snin ma sar lanqas b’sold ta’ proġetti infrastrutturali u li l-investimenti kapitali li ngawdu llum huma frott il-ħidma ta’ gvernijiet Nazzjonalisti. Żied li l-pass li jmiss hu li l-pajjiż ikollu soċjetà li jimpurtaha għax qal li l-gvern ma jimpurtahx. Dwar l-immigrazzjoni staqsa jekk il-Prim Ministru jridx li jibgħat lura lill-immigranti jew li jiftaħ il-bibien għal kulħadd.

Qal li fl-aqwa żmien u tas-surplus, hawn nies li jgħixu fil-ġonna, fl-irziezet u oħrajn li jinħaslu fil-latrini. Skont Dr Delia taħt Gvern Laburista m’għadux sikur li timxi fit-toroq u ħeġġeġ lin-nies biex jimxu mal-Partit Nazzjonalista biex jerġa’ jagħmel lil Malta pajjiż sikur.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Gvern Laburista ma jimpurtahx mill-ħaddiem u l-fqir għax tilef ir-ruħ soċjali tiegħu. Qal li l-gvern qed jidħaq bin-nies u wara li ħadem apposta ħażin il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, issa qed jibgħat iċ-ċekkijiet. Qal li meta l-Partit Nazzjonalista ikun fil-gvern se jagħti bi dritt dak li qal qed jisraq dan il-gvern.

Dr Delia qal li gvern irid iġiegħel lin-nies jemmnu li m’ hawnx problemi billi jgħid li l-Partit Nazzjonalista hu mifrud u għandu l-problemi. Qal li l-Prim Ministru qed ibezza li l-Partit Nazzjonalista hu maqsum imma qal li hu kapaċi jgħaqqad mhux biss lill-partit imma l-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Żewġ applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol fuq art ODZ f’Ħal Far u f’Ħaż-Żabbar ġew irtirati ftit qabel ma l-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar kien se jiddeċiedi fuqhom. Id-direttorat tal-ippjanar kien diġà rrakkomanda li…

Annimali

Tard dalgħodu nqabad il-ħames qattus mid-dar ta’ Janet Harvey, l-anzjana Ingliża li nstabet mejta fis-sodda tal-appartament tagħha fil-Qawra. Fl-istess appartament mal-mara kien instab ukoll kelb mejjet taħt is-sodda, kif ukoll…

Annimali

Proġett li qed isir mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti għandu l-għan li jżid it-tkattir tal-barbaġann fis-selvaġġ. Il-barbaġann huwa tajra tal-priża li sar popolari bħala annimal domestiku, li iżda n-numru tiegħu naqas…

Saħħa

Fuq il-programm TVAM, ġiet diskussa t-tema tal-morning after pill u kif tinbigħ fl-ispiżeriji. Dr Claire Shoemake u Dr John Vella, it-tnejn membri tal-Malta Chamber of Pharmacists, qalu li spiżerija tista’…

Aktar