Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li l-MEPs iridu jgħinu lin-negozji jiksbu fondi Ewropej

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fl-aħħar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna intebaħ li Malta mhix ippreparata għall-iżvilupp li qed isir u li ġejjin il-problemi fuq il-pajjiż. F’attività politika f’Ta’ Xbiex, Dr Delia qal li dan jikkonferma li l-Gvern hu bla pjan u li wasal iż-żmien li l-ekonomija tibda tnaqqas.

Il-Kap Nazzjonalista qal li qas titwemmen li l-Partit Laburista qed jipponta subajgħ lejn il-Partit Nazzjonalista li mhux jirrispetta id-demokrazija fil-pajjiż u li kien se jċaħħad aktar minn 100,000 milli jivvutaw. Qal li min qed jikkritika, hu l-istess partit li qatt m’emmen fil-Kunsilli Lokali, u li sentejn ilu waqqaf milli jsiru l-elezzjonijiet lokali.

Hu rrefera għal Jum il-Ħaddiem, u qal li wara li fl-aħħar xhur żar diversi negozji żgħar, issa qed jiltaqa’ ma’ negozji ikbar u qed jisma’ d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom dawk li jħaddmu. Kompla li eżempju tat-tifkiriet li jsiru nhar l-ewwel ta’ Mejju huwa kif il-ħaddiema u n-negozji Maltin irnexxielhom mhux biss ikampaw wara d-dħul fl-Unjoni Ewropea iżda irnexxielhom jidħlu fis-suq.

Qal li l-pass li jmiss hu li l-Membri Parlamentari Ewropej jgħinu lin-negozji Maltin jiksbu fondi Ewropej biex ikomplu jiżviluppaw u jgħelbu dawk li sejjaħ barrieri diġitali li qed iżommuhom milli jikbru.

Dr Delia qal li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-limitazzjonijiet tiegħu u li qed jibda mill-qiegħ, il-pass li se jagħmel hu li jipprovdi proposti konkreti li permezz tagħhom jiksbu ir-rispett tan-nies. Temm jgħid li fl-elezzjonijiet ta’ Mejju, il-Partit Nazzjonalista jrid ibiddel l-attiduni tal-Gvern li fi kliemu nesa lill-Maltin u l-Għawdxin.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qasam xi ritratti fuq il-midja soċjali biex jirringrazzjja lil dawk kollha li ħadmu qatigħ f’dawn l-aħħar tliet ijiem, hekk kif saret l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali 2019….

Elezzjoni

Mistoqsi dwar ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li anke fil-perjodu li l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern, matul dawk il-25 sena, beda jnaqqas fil-voti. Spjega…

Aktar