Politika
Adrian Delia jgħid li l-Oppożizzjoni lesta taħdem mal-Gvern biex iwaqqaf il-kuntratt tal-isptarijiet

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-gvern biex iġib l-interess tal-pajjiż qabel tal-Partit u jaħdem mal-Oppożizzjoni biex jara li l-poplu jieħu lura l-isptarijiet u l-flus li nsterqu mill-kumpaniji Vitals u Steward Healthcare.Intervistat fuq NET FM, Dr Delia qal li l-oppożizzjoni lesta li taħdem mal-Gvern biex iwaqqaf dan il-kuntratt li sejjaħlu skandluż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li lest li jahdem mal-Gvern biex iġib lura t-tliet sptarijiet li ngħataw lil Stewards ħalli l-flus ikunu investiti biex Malta jkollha l-aħjar settur tas-saħħa.

Intervistat fuq Net FM, Dr Delia qal li dawk involuti fil-kuntratt mal-Vitals għandhom jinżammu responsabbli fosthom Joseph Muscat, Konrad Mizzi u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

Dr Delia qal li bħala l-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Scicluna għandu ċ-ċavetta tal-kaxxa ta’ Malta u ma jistax ikun li nħarġu dawn il-flus mingħajr ma kien jaf. Tenna li bil-€240 miljun li ngħataw lil Vitals u Stewards setgħu ġew investiti f’aktar mediċini u fid-djar għall-anzjani fost oħrajn.

Il-Kap Nazzjonalista qal li minflok waqqaf dan il-kuntratt li sejjaħlu skandaluż, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ Joseph Muscat u Steward li qed jitolbu finazjament akbar mill-Gvern. Qal li l-iżvilupp li kellu isir fl-isptar San Luqa baqa’ ma sarx u hemm telqa ma kullimkien. Qal li l-Prim Ministru għandu jwaqqaf dan il-kuntratt minnufih u mhux sempliċiment iqabbad l-esperti biex jifluħ.

Dwar il-pulizija, Dr. Delia qal li hu ċar li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż inħakmu minn korruzzjoni li nifdet anki lill-Korp tal-Pulizija. Qal li l-Ministru Farrugia li kien il-ministru responsabbli għall-korp baqa’ ma assumiex responsabbiltà. Qal li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li jwettaq ir-riformi biex l-poplu jerġa jkollu gvern li jixraqlu fit-tmexxija tal-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar