Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li l-pajjiż irid li ssir ġustizzja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’ pajjiż sħiħ li jrid li ssir ġustizzja.

Intervistat fuq NET Television illejla, Dr Delia rrefera għall-attività li l-Partit Laburista organizza l-Ħadd filgħodu fejn qal li id f’id mal-Prim Ministru kien hemm iż-żewġ kandidati għall-elezzjoni ta’ mexxej tal-Partit Laburista. Qal li l-messaġġ li twassal hu ċar; li min ikun Prim Ministru wara Joseph Muscat qed jiddikjara minn issa li hu ħaġa waħda miegħu.

Qal li l-Ministru Konrad Mizzi rriżenja biss mit-titlu għax għadu hemm u qed jappoġġja lil Chris Fearne. Staqsa jekk Chris Fearne hux se jiddikjara minnufih li lil Konrad Mizzi se jneħħih u se jinvestigah. Staqsa jekk hux se jżommu hemm għax għandu bżonn l-appoġġ tiegħu biex jiġi elett fit-tmexxija.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-pajjiż mhux normali u spiċċa ostaġġ tal-kriminali. Irrefera għall-aħbar fil-media li l-Pulizija reġgħet arrestat lil Keith Schembri. Dr Delia qal li jittama li dan mhux bżar fl-għajnejn u ssir investigazzjoni sħiħa li ma tħares lejn wiċċ ħadd. Il-Kap Nazzjonalista qal li hu b’hekk li l-pajjiż jasal għall-għanqbutya u f’ras il-għajn u Malta tibda tassew il-proċess biex titreġġa’ lura n-normalità.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. It-twissija tibqa’ valida sad-9pm.

Politika

Id-Deputat Anton Refalo se jieħu f’idejh id-dekasteru li kellu l-Ministru Camilleri; dak tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumaturi. Dan wara r-riżenja ta’ Justyne Caruana minn Ministru għal-Għawdex, liema…

Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Aktar