Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li l-partit għandu obbligu li jreġġa’ lura lill-pajjiż lejn l-onestà biex jakkwista l-fiduċja tal-investituri barranin

F’laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, Dr Grech qal li l-Partit Nazzjonalista għandu obbligu li jreġġa’ lura lill-pajjiż lejn it-triq tal-onestà biex jakkwista mill-ġdid il-fiduċja tal-investituri barranin.

Dr Grech qal li Malta kompliet nieżla ‘l isfel fl-istħarriġ ta’ kemm kapaċi tiġbed lejha investiment barrani minħabba l-politika żbaljata li implimenta l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-President tal-Kamra, il-Perit David Xuereb sostna li l-istħarriġ juri kemm hija importanti l-governanza tajba għax qabel din kienet kriterju importanti li ġibed l-investiment lejn il-pajjiż. Qal li hemm bżonn li kulħadd jaħdem flimkien biex il-pajjiż ikollu governanza u kredibbiltà fuq livell internazzjonali.