Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li l-PM ħatar lil Lawrence Cutajar konsulent biex jitlaq minn Kummissarju

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-Prim Minsitru ta lill-eks Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, kuntratt ta’ konsulenza biex ikkonvinċieh jitlaq minn Kummissarju. F’diskors il-lejla f’Ta’ Sannat, Dr Delia saħaq fuq il-ħtieġa ta’ riforma fil-Pulizija biex il-korp jibda jgawdi r-rispett l-ewwel f’Malta u mbagħad barra. Sostna li l-metodu propost mill-Prim Ministru għall-ħatra ta’ Kummissarju ġdid ma jbiddel xejn mil-lum u qal li l-abbozz imressaq mill-oppożizzjoni hu skont dak rakkomandat mill-Kummissjoni Venezja.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru l-ġdid ta kuntratt ta’ konsulenza ta’ tliet snin lil Lawrence Cutajar biex fi kliemu ikkonvinċih jitlaq minn Kummissarju tal-Pulizija. F’attività politika f’Ta Sannat, Dr Delia kkritika lill-Prim Ministru għax qal li minkejja li jgħid li hu Prim Minsitru serju, innegozja ma’ min għatta lill-kriminali u rringrazzjahom.

Dr Delia qal li l-ħtieġa għar-riforma fil-Korp tal-Pulizija hija ċara anki fid-dawl ta’ dak li ħareġ din il-ġimgħa dwar l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, li kien ħabib tal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Irrefera wkoll għax-xhieda fil-Qorti tal-eks Direttur tal-FIAU, Manfred Galdes, li kkwotah jgħid li ma kien fadallu fiduċja f’ħadd u li minkejja li kien għadda rapporti lill-Kummissarju tal-Pulizija baqgħet ma ttieħdet l-ebda azzjoni.

Il-kap nazzjonalista argumenta li l-gvern ma jridx isaħħaħ id-demojkrazija parlamentari/ Qal li l-Partit Nazzjonalista oġġezzjona għall-budget tal-Parlament għaliex il-maġġoranza tal-flus se jeħodhom il-Gvern u meta l-Oppożizzjoni talbet aktar fondi biex ikollha l-għodda biex tiskrutinja l-Gvern, deputat wieħed wara l-ieħor għamlu attakk sfrenat fuqu bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern nefaq il-miljuni biex jipproġetta lil Malta bħala l-blockchain island u qal li l-persuna li kien responsabbli mis-settur, Silvio Schembri fallih u spiċċa ngħata promozzjoni. Kompla jgħid li s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo temm il-kuntratt ta’ Adrian Hillman għax qal li kien kuntratt ħażin li tah Silvio Schembri.

Dr Delia sejjaħ lill-Prim Minsitru biex jgħid kemm daħħal mill-kuntratti u direct orders li d-ditta legali tiegħu ħadet meta kien għadu deputat, u issa min ħadhom minfloku.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar