Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li Maltin b’negozju mar-Renju Unit għandhom ikollhom is-serħan tal-moħħ

Fi Brussell, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew.

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkwotat lil Dr Delia jgħid li l-Maltin li għandhom negozju jew rabtiet kummerċjali mar-Renju Unit għandu jkollhom is-serħan tal-moħħ dwar kif u b’liema kundizzjonijiet se jsir il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Dr Delia qal li wara l-vot li l-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May irnexxielha tirbaħ fil-Partit Konservattiv, xorta waħda fadal għadd ta’ domandi li jridu jiġu mwieġba dwar Brexit.

Irrefera wkoll għall-immigrazzjoni. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-immigrazzjoni irregolari hi fost l-aktar li qed tħasseb liċ-ċittadini madwar l-Ewropa. Qal li bħala pajjiż jeħtieġ li nieħdu pożizzjoni ċara fejn nibqgħu nħarsu l-fruntieri u t-territorju nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar