Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li r-riżenja ta’ Joseph Muscat mhix biżżejjed

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li mhux biżżejjed li jispiċċa Joseph Muscat minn Prim Ministru, iżda jeħtieġ tibdil fl-istituzzjonijiet biex isem Malta jitnaddaf mill-ħsara li saritlu.

Dr Delia qal dan fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista bit-tema Riforma u Tiġdid. Matul il-Kunsill Ġenerali Straordinarju ġie ppreżentat id-dokument bi proposti għal governanza tajba.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid mhux se tnaddaf u tirranġa l-ħsara irreparabbli li saret lill-pajjiż. Dan għaliex skont Delia dawn huma l-istess nies li għal snin sħaħ iddefendew l-indifensibbli, għalqu għajnejhom u wrew fiduċja f’persuni li issa qed jgħidu li ttradewhom.

Dr Delia qal li l-pajjiż jinsab f’xifer l-irdum u hemm bzonn tindifa fl-istutizzjonijiet. Qal li l-istorja qed tirrepeti ruħha u l-pajjiż għal darb oħra qed iddur għall-Partit Nazzjonalista sabiex jfassal it-triq ’il quddiem.

Il-Kap Nazzjonalista tkellem dwar il-15-il proposta tad-dokument Riforma u Tiġdid huma msejsa fuq id-dokument tal-2016 dwar il-governanza. Huwa qal li l-proposti jitwettqu se jibdlu b’mod radikali l-mod ta’ kif issir il-politika u jassiguraw is-separazzjoni tal-poter u fejn ħadd ma jħossu ’l fuq mil-liġi.

Dr Delia qal li s-sitwazzjoni llum hi agħar mit-tmeninijiet, minħabba li issa, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinsab implikat fi qtil ta’ ġurnalista, u Ministru tal-Gvern talab lill-Parlament jipproteġih minn konfoffa li nħmiet kontrih biex iħammġuh b’dan id-delitt. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li għandu jiġi investigat mhux biss minn wettaq id-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia, iżda anke l-persuni li ħbew jew għalqu għajnejhom.

Dr Delia żied jgħid li kull kuntratt li għamel Konrad Mizzi għandu jiġi investigat u għandhom isiru l-investigazzjonijiet fuq ir-rapporti tal-FIAU dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri. Qal ukoll li għandu jiġi investigat l-aġir tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija. Huwa qal ż-żewġ kandidati prospettivi għall-Prim Ministru ġew fi kliem l-Opożizzjoni dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija li jrid ikun approvat mill-Parlament.

Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jibqa’ jħares lura jew inkella jikkritika biss, iżda jeħtieġ li jibqa’ jistaqsi l-istess mistoqsijiet li staqsew missirijietna meta l-pajjiż kien jinsab f’salib it-toroq.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tibdil fil-klima, il-qerda tal-ambjent naturali tagħna u l-iżvilupp teknoloġiku qanqlu reazzjoni bla preċedent mill-komunità internazzjonali f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, fadal ħafna xi jsir. Hekk kif l-industrija qiegħda tħares ’il quddiem…

Kronaka

Sirjan ta’ 33 sena ġarrab ġrieħi serji meta ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam triq fil-Ħamrun. L-inċident seħħ ilbieraħ fis-sitta ta’ filgħaxija fi triq Joe Sciberras il-Ħamrun meta…

Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Aktar