Lokali
Il-Kap tal-PN jgħid li se jdawwar lura kull liġi li tkun kontra l-ħajja

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-Partit Nazzjonalista se jassigura li kull liġi li se jagħmel il-Gvern kontra l-ħajja se jdawwarha lura. Sostna li meta tidħol il-ħajja umana m’hemmx voti jew numri għax kull ħajja tgħodd.

F’diskors f’Ħaż Żebbuġ, il-Kap Nazzjonalista qal li  l-Partit Nazzjonalista se jiġġieled għall-ħajja u għal dik it-tarbija li ma tistax titkellem. Enfasizza li hu favur il-ħajja tat-tarbija fil-ġuf u qal li l Gvern qed jagħmel minn kollox biex ma jużax il-kliem ‘tarbija fil-ġuf’.

Kompla jgħid li fil-liġi tal-protezzjoni tal-embrijun, il-Gvern irid iġib lill-pajjiż bla ruħ, fejn in-nies huma numri, jew voti, it-tfal ma jfissru xejn, u li jrid ineżża’ l-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf. Dr Delia qal li l-Gvern irid li persuna waħda weħidha tmur tixtri tarbija daqslikieku kienet prodott u li bis-surrogacy il-Gvern irid jagħmel mill-mara oġġett.

Dwar dak li ħareġ minn Daphne Project, il-Kap Nazzjonalista qal li issa hemm provi iswed fuq l-abjad li miljun u 400,000 elf ewro li ġejjin mill-Azerbaijan daħlu fil-kumpanija 17 Black. Qal li waqt li Konrad Mizzi qal li kien qed jippjana l-affarijiet tal-familja, Keith Schembri qal li dan kollu kien parti minn pjan ta’ negozju, sostna għalhekk li jew wieħed jew l-ieħor qed jigdeb, jew qed jigdbu t-tnejn.

Staqsa jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat kienx jafx b’dan il-gideb. Dr Delia qal li dan kollu qed iħalli ħsara kbira lill-pajjiż. Qal li l-Gvern ma jistax jgħid lill-Oppożizzjoni li mhux każ urġenti meta din tmur fil-Parlament biex titkellem fuq dak li qed jagħmel ħsara lill-pajjiż. Qal li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem u jiġġieled għal dak li hu sewwa

Dr Delia tkellem ukoll dwar il-faqar u qal li issa ħareġ ċar li Malta għandha l-iktar rata mgħaġġla ta’ inkwilini fqar minħabba l-mod li bih qed togħla l-kera. Qal li l-istatistika turi li hawn 49,000 foqra.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva…

Aktar