Politika
Il-Kap tal-PN jitlob lill-PM biex jiltaqa’ mal-familja Caruana Galizia

Dwar l-inkjesta pubblika kkummenta wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li fil-jiem li ġejjin se jlaqqa’ l-grupp parlamentari biex jiddiskuti t-twaqqif tal-inkjesta. Qal li jrid il-konfort aħħari li din twassal biex tkun magħrufa l-verità kollha inkluż min ordna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u jekk il-Gvern setax ipprevena d-delitt. Stqarr li jrid ikun magħruf ukoll jekk il-Gvern ħax azzjoni dwar informazzjoni li seta’ kellu f’idejh, jekk kellux obbligu li jagħti protezzjoni u jekk din ingħatatx.

Intervista fuq NET FM, Dr Delia talab lill-Prim Ministru biex jiltaqa’ mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia biex tingħata ċertezza li l-inkjesta se ssir b’mod awtonomu u indipendenti.

Il-Kap Nazzjonalista tenna li l-inkjesta pubblika messa ilha li saret u qal li l-Gvern ħatarha sentejn wara l-qtil għax ma kellux triq oħra.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-familja Caruana Galizia titlob laqgħa mal-PM dwar l-inkjesta pubblika

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Il-Gozo Tourism Authority qed tappella biex ma jittieħdux deċiżjonijiet mgħaġġla f’dak li għandu x’jaqsam mal-aħbar li jaf jitnaqqsu l-ħaddiema tal-Air Malta fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19. Filwaqt li tifhem il-preokkupazzjonijiet tal-kumpanija u…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar ir-rebbieħa għat-tielet edizzjoni tal-Premju għall-Arti, il-premju nazzjonali li jiċċelebra l-kisbiet tas-setturi kulturali u kreattivi. F’dawn iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu fihom minħaba l-imxija tal-COVID-19, iċ-ċerimonja tal-għotja…

Qorti

Natalie Bonello ta’ 45 sena wieġbet mhux ħatja li serqet anzjana iżda baqgħet taħt arrest minħabba biża’ ta’ intraċċ tal-provi. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley, qalet li hemm persuna oħra…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12.30pm. Hi mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tal-COVID-19 f’pajjiżna. Il-konferenza se tixxandar live fuq TVM, tvm.com.mt u fuq Facebook.

Aktar