Partit Nazzjonalista
Xejn mhu se jwaqqafni milli nkompli niġġieled il-korruzzjoni f’pajjiżna – Adrian Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li xejn mhu se jwaqqfu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni u jikxef kif l-istituzzjonijiet jinsabu maħkuma mill-Gvern. Dr Delia qal li min għandu l-verità miegħu m’għandux għaliex jibża’ minn ħadd. Huwa żvela li talab li tinfetaħ inkjesta bil-Maġistrat sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx rabta bejn id-dokumenti bil-firem foloz u allegazzjonijiet li jeżisti rapport tal-FIAU li jikkonċernah.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-ebda gideb, spin jew intimidazzjoni fil-konfront tiegħu mhu se jwaqqfu milli jgħid il-verità kollha dwar il-korruzzjoni f’Kastilja u l-mod kif l-istituzzjonijiet inħatfu mill-Gvern.

F’attività politika fil-Mellieħa, Dr Delia qal li ġew leaked dokumenti tal-FIAU fl-istess ġranet li l-Gvern kellu jwettaq ir-riformi li kemm l-Oppożizzjoni kif ukoll l-Kummissjoni Venezja qalulu biex jimplimenta, fosthom it-tneħħija tal-funzjoni doppja tal-Avukat Ġenerali.

Qal li jekk il-Gvern qed jaħseb li se jintimidah se jgħarralu bil-kbir. Dr Delia qal li hu stess talab biex tinfetaħ investigazzjoni u diġà nħatar Maġistrat biex jinvestiga.

Il-Kap Nazzjonalista qal li ta evidenza li l-firem tiegħu ġew falsifikati u se jassigura li toħroġ il-verità kollha waqt li allega li dan isir biex issikket lill-Partit Nazzjonalista. Dr Delia qal li kull meta l-Gvern jispiccaw dahru mal-ħajt bil-każijiet tal-korruzzjoni, isiru dawn l-allegazzjonijiet kontrih. Stqarrr li b’dawn l-attakki kontrih u kontra l-familtu, huwa iktar konvint li l-ġlieda li qed jagħmel hi għas-sewwa u għad-Demokrazija.

Il-Kap Nazzjonalista qal li fil-laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell iktar kmieni din il-ġimgħa, qajjem il-punt li fil-manifest tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej, qed jimbuttaw favur l-abort. Qal li l-Partit Nazzjonalista kien, għadu u jibqa’ favur il-ħajja u għalhekk kontra l-abort. Allega li huwa ċar li hemm theddida min-naħa tal-Partit Laburista f’dan ir-rigward, u qal li jrid ikun il-Partit Nazzjonalista li jissalvagwardja l-ħajja.

Dr Delia qal li statistika tal-Unjoni Ewropea wriet li Malta hija fost il-pajjiżi fejn il-pagi l-inqas li żdiedu waqt li żdiedet l-għoli tal-ħajja. Qal li l-ħaddiem Malti qiegħed f’morsa bil-pagi ma jiċċaqalqux, u l-prezzijiet jogħlew. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-kirjiet dejjem qed jogħlew u staqsa fejn se jmorru joqogħdu ż-żgħażagħ Maltin.

Dr Delia qal li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kellu rapport tal-Kummissjoni Ewropea li qaltlu li l-Gvern mhux jagħmel biżżejjed biex jiġġieled il-korruzzjoni, li ma nefaq xejn mis-surplus fuq l-infrastruttura u li l-iżvilupp bl-addoċċ qed iħalli problemi kbar.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar